X’qed tagħmel l-UE
L-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien biex jagħtu sostenn liż-żgħażagħ, kif indikat fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li tiffoka fuq 3 oqsma ta’ azzjoni ewlenin:
- Impenn – ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ ikunu attivi fis-soċjetà u jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet
- Konnessjoni – nipprovdu opportunitajiet biex iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jipparteċipaw f’attivitajiet tal-mobbiltà tal-apprendiment u tal-volontarjat, u niffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-apprendiment fost l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
- Għoti tas-setgħa – nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ fl-UE
Sors: Ewrobarometru dwar iż-Żgħażagħ u d-Demokrazija, 2024
L-oqsma ta’ azzjoni
Forum għar-riflessjoni u l-konsultazzjoni dwar dak li sar fuq il-bażi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ
Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ ilaqqgħu flimkien liż-żgħażagħ u lill-Kummissarji biex jitkellmu dwar l-inizjattivi politiċi tal-UE
Opportunitajiet ta’ apprendiment mhux formali u informali għaż-żgħażagħ u għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ
Opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu l-volontarjat jew jaħdmu fuq proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-Ewropa
Programm tal-UE li jgħin biex l-intraprendituri Ewropej jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jibdew u jmexxu negozju żgħir
Inizjattiva li liż-żgħażagħ tagħtihom l-opportunità li jiltaqgħu mal-President tal-Kummissjoni u jaqsmu magħha ħsibijiethom dwar kwistjonijiet li huma importanti għalihom
Il-kisbiet ewlenin
- L-Erasmus+, waħda mill-aktar inizjattivi tal-UE li rnexxew, ipprovdiet lil miljuni ta’ żgħażagħ opportunitajiet biex jistudjaw, jitħarrġu, jagħmlu l-volontarjat, u jaħdmu barra minn pajjiżhom, filwaqt li tinkoraġġixxi l-iskambju interkulturali u l-iżvilupp tal-ħiliet.
- Permezz ta’ inizjattivi bħas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, l-UE ħeġġet liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ċiviċi, fl-elezzjonijiet, u fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi.
- Bil-“Verifika taż-Żgħażagħ”, l-UE tixtieq tiżgura li, fil-fażi tat-tfassil tagħhom, l-inizjattivi politiċi tal-UE jagħtu kas tal-impatt fuq iż-żgħażagħ.
- Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati taż-Żgħażagħ tal-UE jinkludi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, riċerkaturi fil-qasam taż-żgħażagħ, u rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-grupp jgħin biex jiġu skambjati l-għarfien u l-prattiki tajbin, jiffaċilita l-proċess tal-“Verifika taż-Żgħażagħ”, iwassal il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, u jservi bħala grupp konsultattiv dwar inizjattivi konġunti li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ.
- Permezz tad-Djalogi maż-Żgħażagħ, iż-żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil tal-inizjattivi politiċi tal-UE flimkien ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE.
Taħt il-lenti
DiscoverEU, parti mill-programm Erasmus+, toffri pass tal-ivvjaġġar mingħajr ħlas lil żgħażagħ ta’ 18-il sena biex jivvjaġġaw madwar l-Ewropa bil-ferrovija. Hija opportunità unika biex jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt kulturali u l-istorja tagħha, u jiltaqgħu ma’ nies mill-kontinent kollu. L-applikazzjonijiet għal dan iċ-ċiklu jiftħu fl-1 ta’ Ottubru u jibqgħu miftuħin sal-15 ta’ Ottubru 2026 f’nofsinhar (ħin ta’ Malta). L-applikanti magħżula jistgħu jivvjaġġaw meta jridu bejn l-1 ta’ Lulju 2027 u l-31 ta’ Mejju 2028 għal massimu ta’ 7 ijiem fuq medda ta’ xahar.

Eventi
The European Commission, Directorate General for Agriculture and Rural Development (DG AGRI), with the support of the EU CAP Network, is organising the first in-person seminar of the Women in Farming Platform.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 8 April 2026